Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Xebbajtuna! Bidla fl-Ambjent u l-Ippjanar ISSA! – Protesta Nazzjonali

🟢 Għaqdiet ambjentali qegħdin isejħu lill-pubbliku sabiex jipparteċipa fi protesta nazzjonali l-Belt Valletta nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju. Il-protesta ser tibda fl-10.30 am minn ħdejn il-Funtana tat-Tritoni.

✊ Il-gruppi kollha, formali u informali, madwar Malta u Għawdex, jistgħu jappoġġjaw din il-protesta billi jikkuntattjawna fuq info@xebbajtuna.org jew jimlew il-formola fuq dan is-sit www.xebbajtuna.org. Dawn il-gruppi jistgħu jinkludu għaqdiet mhux governattivi kif ukoll gruppi ta’ residenti, studenti, ħaddiema u bdiewa; kull grupp mingħajr affiljazzjoni partiġġjana b’għanijiet konformi mat-talbiet tal-protesta huwa mistieden jipparteċipa.

🔴 Ninsabu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent naturali fil-gżejjer tagħna qegħdin jiddeterjoraw b’rata mgħaġġla minħabba ferneżija ta’ bini bl-addoċċ u kullimkien. Dan kollu ma jiġix mix-xejn. Wara dan l-isfreġju ambjentali tinsab xibka magħmula minn politiċi u żviluppaturi li ħolqu sistema li sservi l-qligħ tal-ftit minflok il-ġid komuni.

🪧 Din is-sitwazzjoni nistgħu nbiddulha biss bl-għaqda fost dawk kollha li jimpurtahom mill-ġid komuni. L-għajta tagħna ser tkun: Xebbajtuna! Bidla fl-ambjent u l-ippjanar ISSA!

📝 Ara t-talbiet tagħna: www.xebbajtuna.org

———–

🟢 Environmental organisations are calling on the public to participate in a national protest in Valletta on Saturday 27 May. The protest will start at 10.30 am from the Triton Fountain.

✊ All groups around Malta and Gozo, both formal and informal, can endorse this protest by contacting us on info@xebbajtuna.org or filling in the online form on this website www.xebbajtuna.org. Groups can include non-governmental organisations as well as residents, students, workers and farmers: all non-partisan groups whose aims are in line with the demands of the protest are invited to join.

🔴 We are living a state of emergency. The quality of life and the natural environment of our islands are deteriorating rapidly due to a frenzy of reckless building everywhere. We are in this mess for one clear reason. Behind this wave of environmental destruction lies a web of politicians and developers who have created a system that serves the profit of the few instead of the common good.

🪧 This dire situation can only change with unity among all those groups who have the common good at heart. Our battle cry will be: Enough is enough – we demand environmental and planning reform NOW!

📝 Read our demands: www.xebbajtuna.org