Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Women’s March Malta 2023

♀️ Wednesday, 8th March is International Women’s Day 2023. Women’s day has a long history of women protesting against injustices and fighting for change as well as remembering their struggles and achievements. This year we will once again be marching in protest against the injustices of our incompetent and insensitive systems and the inequality which women continue to experience in our patriarchal society.

✊🏾 This year the theme we have chosen is Women United against Injustice (Nisa Magħqudin għax mill-Ġustizzja Mċaħħdin). This theme has been chosen because of the many injustices that women in our society face every day especially when they seek justice through our institutions. Over the past months alone, we have seen senseless sentences and court decisions, long years of waiting for action to be taken or for justice to be served, police inaction which could have prevented serious crimes such as domestic violence and femicide, lack of information, lack of coordination, as well as instances of baseless victim blaming. Women experience injustice not only because of inequality and discrimination but also because our justice system is a farce.

📣 Join us on Wednesday, 8th March at 5.30 pm near the Triton Fountain in Floriana where we will start our protest march to voice our anger at these institutions which are supposed to protect us and to demand that our voices be heard and justice served. The march will end in front of the law courts where we will shout our demands.

💜 Come and bring other women. Come with placards voicing your anger and demanding justice.

#womenunitedagainstinjustice
#nisamagħqudinmillġustizzjamċaħħdin

—–

♀️L-Erbgħa, 8 ta’ Marzu huwa l-Jum Internazzjonali tal-Mara 2023. Jum il-Mara għandu storja twila ta’ nisa jipprotestaw kontra l-inġustizzji u jiġġieldu għall-bidla kif ukoll ifakkru l-ġlidiet u r-rebħiet tagħhom fil-passat. Din is-sena se nkunu għal darb’oħra qegħdin nimmarċjaw bi protesta kontra l-inġustizzji li jitwettqu mis-sistemi inkompetenti u insensittivi tagħna u kontra l-inugwaljanzi li n-nisa għadhom jaffaċċjaw ta’ kuljum fis-soċjetà patrijarkali li ngħixu fiha.

✊🏾 Din is-sena t-tema li għażilna hija Nisa Magħqudin għax mill-Ġustizzja Mċaħħdin. Din it-tema ġiet magħżula minħabba l-ħafna inġustizzji li n-nisa fis-soċjetà iħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum speċjalment meta jfittxu l-ġustizzja fl-istituzzjonijiet tagħna. Matul ix-xhur li għaddew rajna sentenzi u deċiżjonijiet bla sens mill-qrati tagħna, snin twal ta’ stennija biex tittieħed azzjoni biex issir ġustizzja, nuqqas ta’ azzjoni mill-pulizija li setgħet evitat reati serji bħall-vjolenza domestika u anki femiċidji, nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ koordinazzjoni, kif ukoll sitwazzjonijiet fejn il-vittma minflok ġiet protetta, taw it-tort lilha. In-nisa jesperjenzaw l-inġustizzja mhux biss minħabba l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni imma wkoll għax is-sistema ġudizzjarja hija farsa.

📣 Ingħaqdu magħna nhar l-Erbgħa 8 ta’ Marzu fil-5.30 ta’ filgħaxija fejn il-Funtana tat-Tritoni, il-Furjana minn fejn se jitlaq il-marċ biex insemmgħu leħinna u nesprimu r-rabja tagħna lejn dawn l-istituzzjonijiet li suppost qegħdin hemm biex jipproteġuna u biex nisħqu li l-vuċi tagħna tkun mismugħa. Il-marċ jintemm quddiem il-qrati fejn se nagħmlu dawn it-talbiet tagħna b’vuċi soda.

💜 Ejjew u ġibu nisa oħra magħkom. Ejjew u ġibu l-placards bil-messaġġi tagħkom ta’ rabja biex nesiġu li ssir ġustizzja.

#womenuniteagainstinjustice
#nisamagħqudinmillġustizzjamċaħħdin