Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Rally ta’ Malta Pro-Choice 2023 // Malta’s Pro-Choice Rally 2023

📣 Ingħaqad magħna għall-Mixja u r-Rally ta’ Malta Pro-Choice 2023, li se sseħħ is-Sibt 30 ta’ Settembru!

📍 L-attività se tibda b’mixja li se titlaq minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. Il-mixja se tibda fl-4pm, b’hekk nitolbu lil dawk li ħa jattendu sabiex ikunu hemm ftit qabel. Wara li nimxu mill-Belt, se ninġabru finalment quddiem il-qrati tal-liġi. Fost oħrajn, hemmhekk ser ikollna sensiela ta’ kelliema, prestazzjonijiet u anke merċ bħal flokkijiet u tote bags.

💜 It-tema ta’ din is-sena hija ‘l-istigma tal-abort.’

✅ Kull sena, mijiet ta’ individwi f’Malta għamlu abort. Fil-fatt, kull wieħed u waħda minna nafu ’l xi ħadd li xi darba għamlu abort. L-abort huwa komuni. L-abort huwa normali.

⛓️ Iżda l-abort huwa wkoll kriminalizzat. Ftit xhur ilu biss f’Malta, mara ġiet imħarrka talli għamlet abort. Din ġiet irrappurtata mill-partner abbużiv tagħha, u l-Istat għen biex ikompli ċ-ċiklu tal-vjolenza.

❤️ Nies li jagħmlu abort m’għandhomx jiġu ġġudikati jew kriminalizzati. Ir-residenti kollha ta’ Malta ħaqqhom li kollha jiġu trattati b’rispett u li jkollhom l-awtonomija sabiex niddeċiedu x’inhu l-aħjar għalina, għal ġisimna, għal ħajjitna.

✊🏾 Il-koalizzjoni Voice for Choice, li hija magħmula minn 14-il organizzazzjoni u grupp, se tkompli tiġġieled sakemm l-abort jiġi dekriminalizzat, normalizzat, destigmatizzat, u jsir disponibbli u aċċessibbli lokalment.
Ingħaqad magħna!

******

📣 Join us for Malta’s Pro-Choice March and Rally 2023, which will take place on Saturday 30th September!

📍 The event starts with a march departing from Castille Square, Valletta. The march will start at 4pm, so please arrive before then. After walking through Valletta, we will gather in front of the law courts. There, we will have speeches, performances, merchandise, and more!

💜 This year’s theme is ‘abortion stigma.’

✅ Each year, hundreds of people in Malta have abortions. In fact, we all know and love people who have had abortions. Abortion is common. Abortion is normal.

⛓️ But abortion is also criminalised. Just a few months ago, a woman was prosecuted for having an abortion in Malta. Reported to the police by her abusive partner, the State helped perpetuate the cycle of violence.

❤️ People who have abortions should not be judged or criminalised. All residents of Malta deserve to be treated with respect and to have the autonomy to decide what is best for ourselves, our bodies, our lives.

✊🏾 The Voice for Choice coalition, made up of 14 organisations and groups, will continue to fight until abortion is decriminalised, normalised, destigmatised, and made available and accessible locally.

Join us!