Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Protesta b’Differenza – Għawma Kontra l-Marina

LE għall-Yacht Marina f’Marsaskala!

✊ Flimkien mar-residenti Skalin u ma’ kull min iħobb lil Wied il-Għajn ser inkomplu bil-ġlieda kontra l-pjan ta’ Yacht Marina fil-lokalità, din id-darba permezz ta’ protesta b’differenza.

📌 Nhar is-Sibt 11 ta’ Settembru fl-4pm se niltaqgħu fuq is-Simenta ta’ Triq is-Salini għal Għawma Kontra l-Marina.

📣 Nħeġġu lil kulħadd jipparteċipa f’din il-protesta sabiex ikompli jasal ċar il-messaġġ li l-poplu mhux lest jaċċetta li ftit sinjuruni jisirqulu l-ispazji pubbliċi tiegħu.

🌊 Is-serq ta’ bajja u xtajta pubblika minn mijiet ta’ jottijiet se jservi biss biex jinqdew l-interessi tal-ftit, filwaqt li se jifga lill-Iskalin u lil eluf oħra li regolarment iżuru dan il-post u l-madwar. Il-proġett se jfisser ukoll qerda ambjentali kbira. Transport Malta trid tordom parti kbira minn qiegħ il-baħar – id-daqs ta’ żewġ grawnds u nofs tal-futbol – permezz ta’ reklamazzjoni tal-art f’diversi partijiet tal-bajja.

🏖️ Ġibu magħkom il-malja, xugamani, affarijiet tal-baħar, kartelluni u r-rabja kollha tagħkom għal dan il-pjan. Jekk ma tixtiequx tgħumu, tistgħu tingħaqdu magħna xorta waħda.

L-għajta tagħna tibqa’ dik li Transport Malta tirtira immedjatament is-sejħa li għamlet għall-bini tal-Yacht Marina.

L-EBDA YACHT MARINA F’WIED IL-GĦAJN❗

La issa u lanqas qatt.

******

NO to the Yacht Marina in Marsaskala!

✊ Together with residents of Marsaskala and all those who have the town at heart, we are going to continue our fight against plans for a Yacht Marina in the locality, and this time we’ll be protesting with a difference.

📌 On Saturday, 11th September at 4pm, we’ll meet at the Simenta in Triq is-Salini for a protest swim, Għawma Kontra l-Marina (A Swim Against the Marina).

📣 We encourage everyone to participate in this protest so that the message reaches them loud and clear: the public will not accept that a few rich people steal its public spaces.

🌊 The theft of a bay and public beach by hundreds of yachts will only serve the interests of the few, and will choke the residents of Marsaskala and the thousands who regularly visit this town and its surroundings. The project will also mean a huge environmental loss. Transport Malta wants to cover huge parts of the seabed – the size of two and a half football pitches – by reclaiming land in various parts of the bay.

🏖️ Bring your swimsuits, towels, placards, and all your anger at this plan. If you do not wish to swim, you can join us all the same.

Our battle cry hasn’t changed: Transport Malta must immediately withdraw its call for the construction of the Yacht Marina.

NO MARINA IN MARSASKALA❗

Not now, not ever.