Minħabba tbassir ta’ riefnu, ser ikollna nħassru l-mixja tas-Sibt 19 ta‘ Marzu fiż-żona ta’ Wied Żnuber fejn hemm pjanat il-mitjar minjatura. Iżda xorta waħda nħossu l-ħtieġa li fil-ġranet li ġejjin tintwera l-imħabba tan-nies għal dan il-post u l-oppożizzjoni tagħhom għall-pjan tal-mitjar.
Għalhekk, minflok il-mixja, ser niltaqgħu nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu fis-6pm fil-pjazza tal-knisja ta’ Birżebbuġa għal attività simbolika favur il-ħarsien ta’ Wied Żnuber.
Ġentilment nitolbukom ixxerrdu l-kelma.
Kulħadd huwa mistieden iġib miegħu messaġġi f’forma ta’ stampi jew kitba favur il-ħarsien tal-wied, l-irdum u l-madwar tagħhom minn kull żvilupp qerriedi.
Matul din l-attività ser intennu t-talbiet tagħna li:
Il-pjanijiet għall-mitjar fiż-żona ta’ Wied Żnuber jiġu rtirati minnufih.
Is-sit inkwistjoni, li kien ġie inkluż bħala parti miż-żona industrijali, jiġi desinjat bħala ODZ ħalli jkun jista’ jkompli jitgawda mill-pubbliku, jintuża mill-bdiewa u jservi ta’ buffer zone għas-sit tan-Natura 2000.
Narawkom nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu fis-6pm fil-pjazza tal-knisja ta’ Birżebbuġa.
******
Due to forecast of heavy winds, we regretfully cancel the walk of Saturday 19 March around the site where there are current plans for a miniature airstrip in Wied Żnuber. We nevertheless feel that people should still be given the chance to come and show their love for this place and stand against the airstrip.
So please come and meet us on Tuesday the 22nd of March at 6pm at the parish square of Birżeb-buġa for a symbolic event to save Wied Żnuber.
Please spread the word.
Everyone is invited to bring with them posters and placards with written messages supporting the protection of Wied Żnuber, the cliffs and surroundings from destructive development.
During this activity we will reiterate our call for:
The plan for an airstrip in the area of Wied Żnuber to be immediately withdrawn.
The site, which has been included as part of the industrial zone, be designated as ODZ so that it can be enjoyed by the public, used by the farmers and serve as a buffer zone to the Natura 2000 site.