Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Manoel Island: Post Għalina – Campaign Launch

Manoel Island can be a place for all of us to enjoy. It is possible – but we only have a short window of opportunity to act.

The concession between the Maltese Parliament and MIDI to develop Manoel Island into a residential and commercial hub is currently being renegotiated. This campaign aims to put the issue of Manoel Island back on the national agenda. We stand at a crossroads, a unique point in time where the future of Manoel Island is being questioned. Will it be used for commercial development, turned into luxury residences, a hotel, a casino or can it become a landmark park for all to enjoy in the most urbanised part of Malta?

Do you want to see more accessible public spaces in Malta? Join us for the launch of this campaign on Saturday 29th March at 10am!

https://maps.app.goo.gl/KnkwouGpeLBA263C9

******

Manoel Island jista’ jkun post li ngawduh kollha kemm aħna. Din mhijiex xi ħaġa impossibbli — iżda għandna biss tieqa żgħira ta’ opportunità u rridu naġixxu malajr.

Il-konċessjoni bejn il-Parlament Malti u l-MIDI biex Manoel Island tiġi żviluppata f’binjiet residenzjali u kummerċjali bħalissa qed tiġi nnegozjata mill-ġdid. L-għan ta’ din il-kampanja, għalhekk, huwa li nerġgħu nitfgħu lil Manoel Island fuq l-aġenda nazzjonali. Ninsabu f’salib it-toroq, f’mument uniku fejn il-futur ta’ Manoel Island qed jerġa’ jinfetaħ għal possibbiltajiet oħra. Se tintuża għal żvilupp kummerċjali u narawha tinbidel f’residenzi lussużi, lukanda, u każinò? Jew tista’ ssir park nazzjonali għal kulħadd li jagħti nifs ġdid fl-aktar żona urbanizzata ta’ Malta?

Tixtieq tara aktar spazji pubbliċi aċċessibbli f’Malta? Mela ejja ngħaqad magħna s-Sibt 29 ta’ Marzu fl-10am għat-tnedija ta’ din il-kampanja!

https://maps.app.goo.gl/KnkwouGpeLBA263C9