Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Malta Mhux Għall-Bejgħ!

📣 Ingħaqdu magħna hekk kif se nkunu qegħdin insejħu lill-gvern biex jieħu azzjoni b’saħħitha, fil-kuntest tas-sentenza monumentali li ngħatat mill-qorti kontra l-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet tal-gvern.

📝 Is-sentenza, li annulat il-ftehimiet tal-mistħija, li wasslu biex tliet sptarijiet tal-istat jaqgħu f’idejn il-privat, ikkonfermat dak li ħafna kienu ilhom jafu – li aħna, il-pubbliku, qarrqu bina, iffrodawna u litteralment serquna f’konfoffa kriminali internazzjonali bl-għajnuna ta’ membri tal-gvern tagħna stess.

⚠️ Din mhix l-unika darba li ġraw dawn l-affarijiet. Art pubblika f’Pembroke u f’Bormla wkoll ingħatat lill-ftit biex iħaxxnu bwiethom, bħal ma ngħatat bl-istess mod l-enerġija tal-pajjiż.

👤 F’kull wieħed minn dawn il-ftehimiet, jibqgħu ifeġġu l-istess ismijiet.

Konrad Mizzi. Keith Schembri. Joseph Muscat.

✊ Ingħaqdu magħna nhar it-Tlieta 21 ta’ Marzu, fis-6.30 ta’ filgħaxija, quddiem Kastilja, fejn il-Moviment Graffitti u organizzazzjonijiet u individwi soċjalisti, xellugin u progressivi oħrajn se jkunu qegħdin jippreżentaw ittra miftuħa lill-Kabinett.

🔎 Qegħdin nesiġu li ssir investigazzjoni fuq il-ftehimiet kollha li dawn in-nies kienu involuti fihom, li jitreġġgħu lura l-flejjes li ngħataw lil VGH/Steward b’riparazzjoni għall-frodi li għamlu, u t-twaqqif immedjat ta’ kull ftehim għall-privatizzazzjoni li huwa għaddej bħalissa.

Daqshekk ftehimiet li jibbenefikaw lill-ftit għad-dannu tal-ħafna❗

Daqshekk assi pubbliċi mgħoddija f’idejn il-privat❗

Malta mhix għall-bejgħ❗

******

📣 Join us as we call on government to take strong action following the landmark court sentence against the privatisation of three state hospitals.

📝 The judgement nullifying the shameful deals that saw three state hospitals enter private hands confirmed what many have known all along – that we, the public, have been scammed, defrauded, and outright robbed by an international criminal conspiracy with the help of members of our own government.

⚠️ This is not the only instance where this has happened. Public land in Pembroke and Bormla has also been given away to line the pockets of the few, as has our energy.

👤 In each of these deals, the same names keep popping up.

Konrad Mizzi. Keith Schembri. Joseph Muscat.

✊ Join us on Tuesday 21st March at 18:30, in front of Castille, where Moviment Graffitti and other socialist, leftist or progressive organisations and individuals will be presenting an open letter to Cabinet.

🔎 We are demanding an investigation into all the deals these people were involved in, restitution of the money given to VGH/Steward and reparations for their fraud, and an immediate stop of all privatisation deals currently being conducted.

No more deals that benefit the few at the expense of the many❗

No more public assets handed over to private interests❗

Malta is not for sale❗