Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

LE għall-Yacht Marina f’Marsaskala – Protesta

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu fis-6:30pm, flimkien mar-residenti tal-lokalità, se niltaqgħu ġewwa Marsaskala għal protesta kontra l-pjanijiet ta’ Transport Malta għall-bini ta’ Yacht Marina.

⚠️ Dawn il-pjanijiet tħejjew mingħajr ebda konsultazzjoni u se jagħmlu ħsara kbira lir-raħal, lil Malta u lill-ambjent naturali tagħna.

🔴 Is-serq ta’ bajja u xtajta pubblika minn mijiet ta’ jottijiet se jservi biss biex jinqdew l-interessi tal-ftit, filwaqt li se jifga lill-Iskalin u lil eluf oħra li regolament iżuru dan il-post u l-madwar.

⚫ Il-proġett se jfisser ukoll qerda ambjentali kbira. Transport Malta trid tordom parti kbira minn qiegħ il-baħar – id-daqs ta’ żewġ grawnds u nofs tal-futbol – permezz ta’ reklamazzjoni tal-art f’diversi partijiet tal-bajja. Ma nistgħux inħalluhom jibnu u joħonqu kull pulzier ta’ pajjiżna.

✊ Nhar il-Ġimgħa ingħaqdu magħna sabiex nuru li aħna lesti niddefendu dak li huwa tagħna, u nieqfu lil min irid jieħdilna l-ispazji miftuħa tagħna. Ġibu l-placards u r-rabja kollha tagħkom, din id-darba se jkollhom jisimgħuna.

😷 Id-direttivi kollha marbutin mal-Covid-19 iridu jiġu rispettati f’kull ħin.

******

❗NO to a Yacht Marina in Marsaskala – Protest❗

On Friday, 27th August at 6:30pm we join residents in Marsaskala to protest against Transport Malta’s plans to build a yacht marina.

⚠️ These plans have been made without any consultation whatsoever, and will cause huge damage to the town itself, and also to Malta and our natural environment.

🔴 The theft of the public bay and coastline to house hundreds of private yachts will only serve the interests of the few, whilst choking the quality of life of residents and those who regularly visit this town.

⚫ This project will also cause untold environmental damage. Transport Malta plans to reclaim a huge part of the seabed – roughly the size of two and a half football pitches – in various parts of the bay.

✊ We cannot allow them to build up and choke every inch of our country.

Join us in the defence of what is ours by right and to protest the relentless theft of our open spaces.

See you on Friday. Bring your placards and your anger, let’s make ourselves heard.

😷 All Covid-19 directives are to be followed at all times.