Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Laying of flowers in memory of Lassana

On the evening of the 6th April, Lassana Cisse Souleymane was murdered in Hal Far. Two other men were also victims in this attack.

Lassana’s life mattered. He mattered to his family, to his friends, and he mattered to us. Such brutal acts of violence cannot and must not be ignored or silenced.

Together, we remember Lassana Cisse Souleymane, whose life was so callously taken away.

We stand in solidarity with our brothers and sisters who continue to experience violence, who do not feel safe.

We stand in condemnation of racism and wanton acts of hatred.

We encourage everyone to come together to denounce this act of violence.

We call upon the Maltese Police Force to commit all necessary resources to bring the perpetrators to justice.

We call upon Maltese authorities to ensure that all members of Maltese society feel respected, safe and protected.

We will be taking a stand together and laying flowers in memory of Lassana in Hal Far on Saturday, 27th April at 11am.

Breaking the chain of inhumanity, creating a bond of solidarity,
Showing respect to the victims, their families,
Laying down flowers of compassion.

Inclusion is an active word,
Compassion is an active word,
Humanity is an active word.

*******

Fis-6 t’April filgħaxija, Lassana Cisse Souleymane ġie maqtul f’Ħal Far. Żewġt irġiel oħra sfaw ukoll vittmi ta’ dan l-attakk.

Il-ħajja ta’ Lassana kienet importanti ħafna. Hu kien ifisser ħafna għall-familja tiegħu, għall-ħbieb tiegħu, u kien ifisser ħafna għalina lkoll. Atti ta’ vjolenza brutali bħal dawn assolutament ma jistgħux jiġu injorati jew mitfugħa taħt it-tapit.

Flimkien, niftakru lil Lassana Cisse Souleymane, li l-ħajja tiegħu ġiet meħuda għalxejn.

Ningħaqdu f’solidarjetà ma’ ħutna li jkomplu jesperjenzaw il-vjolenza u li ma jħossuhomx sikuri.

Nikkundannaw ir-razziżmu u l-atti ta’ mibegħda insensata.

Inħeġġu lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien sabiex niddenunzjaw dan l-att ta’ vjolenza.

Insejħu sabiex il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta juża r-riżorsi kollha meħtieġa biex jittressqu l-qorti dawk li wettqu dan l-att.

Nistiednu lill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw li l-membri kollha tas-soċjetà Maltija jħossuhom rispettati, siguri u protetti.

Aħna se nkunu miġbura flimkien f’Ħal Far biex inpoġġu l-fjuri għall-memorja ta’ Lassana, nhar is-Sibt 27 ta’ April fil-11am.

Titkisser il-katina tal-inumanità, tinħoloq rabta ta’ solidarjetà,
Jintwera rispett għall-vittmi, u għall-familji tagħhom,
Inpoġġu fjuri ta’ kompassjoni.

L-inklużjoni hija kelma attiva,
Il-kompassjoni hija kelma attiva,
L-umanità hija kelma attiva.