LE għall-Marina f’Marsaskala!
Il-pubbliku mistieden jattendi Konferenza Stampa tas-sajjieda f’Wied il-Għajn fejn ser jispjegaw kif il-pjan għall-Yacht Marina, jekk iseħħ, ser jeqred l-attività tagħhom.
Skont is-sejħa (PQQ) li ħarġet Transport Malta, il-Bajja ta’ Wied il-Għajn għandha tinbidel kompletament f’parkeġġ għall-jottijiet, b’irmiġġi u dgħajjes kbar joħonqu kull pulzier tal-bajja u tax-xatt, kif ukoll reklamazzjoni massiċċa tal-art. Dan ser ifisser li s-sajjieda li jużaw din il-bajja, mhux biss biex jorbtu d-dgħajsa tagħhom, imma wkoll biex jagħmlu bosta attivitajiet oħra essenzjali għas-sajd, ser jispiċċaw imkeċċija sabiex posthom jiġi meħud mis-sinjuruni bil-jottijiet.
Is-sajjieda, il-baħħara, ir-residenti u dawk kollha li għandhom għal qalbhom Wied il-Għajn ser ikunu għal darb’oħra qed jisħqu li Transport Malta għandha tirtira s-sejħa li ħarġet u li m’għandu jkun hemm L-EDBA YACHT MARINA F’WIED IL-GĦAJN.
Il-ġlieda tkompli. Ingħaqdu magħna
******
Press Conference – Fishermen against the Marsaskala Marina
NO to the Yacht Marina in Marsaskala!
The public is invited to attend a press conference in Marsaskala where fishermen will explain how plans for a Yacht Marina, if implemented, will destroy their activity.
According to Transport Malta’s PQQ, Marsaskala Bay is to be transformed into a parking lot for yachts with jetties and pleasure boats choking every inch of the bay and the shore, and a massive stretch for land reclamaton. Fishermen using the bay for tying their boats and other fishing related activities will thus be forced to give up their space to the wealthy and their yachts.
Fishermen and residents and all those who care about Marsaskala will once again insist that Transport Malta must retreat its call and that there should be NO YACHT MARINA IN MARSASKALA.
The fight goes on. Join us