Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Konferenza Stampa – L-Iskalin Tkellmu. Se Tisimgħu?

L-ISKALIN TKELLMU❗SE TISIMGĦU❓

📣 Se niltaqgħu nhar is-Sibt fl-10:30am ġewwa Wied il-Għajn sabiex inħabbru żviluppi importanti fil-kwistjoni tal-yacht marina fil-bajja tal-lokalità.

🔴 Wara l-laqgħa bejn il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn u l-Ministru Ian Borg f’Jannar, il-Kunsill Lokali reġa’ ltaqa’ u kkonferma unanimament il-mozzjoni li kien ħa f’Awwissu kontra l-konċessjoni ta’ Yacht Marina.

📝 Il-mozzjoni tgħid hekk: “Il-Kunsill ta’ Marsaskala huwa kontra l-proposta mfassla minn Transport Malta fil-pre-qualifiation document tal-yacht marina f’Marsaskala u jikkundanna l-ħruġ ta’ dan id-dokument mingħajr konsultazzjoni mal-komunità ta’ Marsaskala. Il-Kunsill jeżiġi li dan id-dokument għandu jkun irtirat immedjatament u tiġi abbundnata l-idea ta’ konċessjoni ta’ yacht marina f’Marsaskala. Minnufih Transport Malta għandha tidħol f’diskussjonijiet mal-Kunsill u mar-residenti ta’ Marsaskala u l-għaqdiet tal-lokal għall-organizzazzjoni tal-irmiġġi eżistenti, għall-ħarsien komplut tad-drawwiet kulturali u soċjali tal-lokal, il-ħarsien tal-ambjent marittimu u b’mod li jiġu ssalvagwardjati ż-żoni tal-għawm fil-bajja”.

✊ L-Iskalin urew biċ-ċar u ripetutatment li ma jridu ebda Yacht Marina fil-lokalità. Is-serq ta’ bajja u xtajta pubblika minn mijiet ta’ jottijiet se jservi biss biex jinqdew l-interessi tal-ftit, filwaqt li se jifga lill-Iskalin u lil eluf oħra li regolarment iżuru dan il-post u l-madwar. Il-proġett se jfisser ukoll qerda ambjentali kbira. Transport Malta trid tordom parti kbira minn qiegħ il-baħar – id-daqs ta’ żewġ grawnds u nofs tal-futbol – permezz ta’ reklamazzjoni tal-art f’diversi partijiet tal-bajja.

🎤 Waqt il-Konferenza Stampa se nispejgaw dak li intqal fil-laqgħa bejn il-Ministru Borg u l-Kunsill Lokali, u kif fid-dawl ta’ dak li ħareġ minn din il-laqgħa m’hemm ebda triq oħra ħlief li jitwaqqaf il-proċess li bih il-bajja ta’ Wied il-Għajn se tinbidel f’Yacht Marina.

🟢 Ingħaqdu mar-residenti Skalin nhar is-Sibt fl-10:30am qrib il-bandli ta’ Wied il-Għajn, sabiex inkomplu niddefendu l-ispazji miftuħa u l-ambjent tagħna.

******

📣 On Saturday at 10:30am, we will be gathering in Marsaskala to announce important developments regarding plans for a yacht marina in the local bay.

🔴 The Local Council of Marsaskala has met again to unanimously confirm its August motion against the marina. This meeting follows a January meeting with Minister Borg.

📝 The August motion says that “The Local Council is against the proposal for a yacht marina in Marsaskala, presented in Transport Malta’s pre-qualification document and condemns its publication without consultation with the Marsaskala community. The Local Council demands that this document be withdrawn immediately and that plans for a yacht marina in Marsaskala be abandoned completely. Transport Malta should launch immediate discussions with the Local Council, with residents of Marsaskala and with the local associations, for the organisation of existing berths, for the protection of the cultural and social customs of the locality, the protection of the marine environment and for safeguarding the swimming zones of the bay.”

✊ Marsaskala residents have clearly and repeatedly shown that they do not want a yacht marina in their locality. Robbing the public of its beach for hundreds of yachts clearly serves the interests of the few, while suffocating residents and thousands of others who regularly visit this place and its surroundings. The project will spell major environmental destruction. By reclaiming land in various parts of the bay, Transport Malta plans to erode a large section of the seabed, the size of which equals two and a half football pitches.

🎤 The Press Conference will focus on the meeting between Minister Borg and the Local Council, and how in the light of this meeting’s outcomes, there is no other way forward but halting existing plans to turn Marsaskala Bay into a yacht marina.

🟢 Join residents near the Marsaskala swings on Saturday at 10:30am to defend our open spaces and our environment.