Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Konferenza Stampa: Irridu Diċenza Bażika fl-Ippjanar Issa

Following the recent obscenity which saw the Planning Authority defying Court rulings and sanctioning illegal developments in Sannat, a number of NGOs are calling a Press Conference in front of Castille to demand urgent and decisive action to restore the rule of law in our country.

On Saturday, 31st August, we shall be meeting in front of Castille to urge the Prime Minister to take immediate action to put a decisive end to the injustices and absurdities that have become synonymous with our planning system. The Planning Authority has essentially set itself and the developers above the law and the Court, making a mockery of justice and undermining the rule of law in the process. The implications of all this are extremely serious, as the very foundations of our democracy have been shaken and citizens are suffering gross injustice.

In this Press Conference, we shall also once again be calling for an immediate reform of the absurd appeals law. After more than one year since the Prime Minister had vowed to reform this flawed law, the reform has yet to be seen. The current appeals law allows irregular developments to continue unabated while an appeal is underway. This means that once a development is declared illegal following the appeal decision, the development would have already been completed, rendering the appeal process totally futile.

We encourage you to join us on Saturday, 31st August at 10am in front of Castille to make our voices heard for basic decency and justice in planning.

******

Fid-dawl tal-pastażata riċenti fejn l-Awtorità tal-Ippjanar marret kontra sentenza tal-Qorti tal-Appell u ssanzjonat żvilupp illegali fis-Sannat, numru ta’ għaqdiet qed isejħu għal Konferenza Stampa quddiem Kastilja sabiex jiġu indirizzati b’urġenza l-implikazzjonijiet serji ta’ dan kollu.

Nhar is-Sibt, 31 ta’ Awwissu, se niltaqgħu quddiem Kastilja biex nitolbu lill-Prim Ministru Robert Abela jieħu azzjoni immedjata sabiex dawn l-inġustizzji u l-assurditajiet fis-sistema tal-ippjanar f’pajjiżna jieqfu. L-azzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar qed jimminaw is-saltna tad-dritt f’pajjiżna u qed ipoġġu lill-iżviluppaturi ’l fuq mil-liġi u mill-Qrati. Din hija sitwazzjoni perikoluża ħafna li qed ixxejjen il-bażi tad-demokrazija f’pajjiżna u twassal għal inġustizzji kbar lejn il-poplu.

F’din il-Konferenza Stampa, se nkunu qegħdin ukoll nerġgħu nitolbu għal riforma immedjata fil-liġi assurda tal-appelli, li wara ’l fuq minn sena li l-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar li se tidħol fis-seħħ, din għadha ma seħħitx. Il-liġi assurda tal-appelli qed tippermetti li żviluppi li jkunu ċarament illegali jilħqu jinbnew waqt li jkun qed jinstema’ appell dwarhom. Dan ifisser li meta jinqata’ l-appell u tingħata s-sentenza li l-iżvilupp huwa irregolari, l-iżvilupp ikun laħaq inbena. Il-proċess tal-appell għalhekk qed jiġi ridott għal wieħed futili.

Inħeġġukom tingħaqdu magħna nhar is-Sibt, 31 ta’ Awwissu fl-10am quddiem Kastilja sabiex flimkien insemmgħu leħinna favur diċenza bażika u ġustizzja fl-ippjanar.

******

Organisations/Organizzazzjonijiet:

  • Azzjoni Tuna Artna Lura
  • BirdLife Malta
  • Din l-Art Ħelwa
  • Flimkien għal Ambjent Aħjar
  • Friends of the Earth Malta
  • Għawdix
  • Moviment Graffitti
  • Nature Trust Malta
  • Ramblers Association Malta
  • The Archaeological Society Malta
  • Wirt Għawdex