Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

FgajTUNA! – Protesta Kontra l-Intejjen tat-Tonn

📣 Għexieren ta’ residenti li pparteċipaw fil-laqgħa dwar l-intejjen tat-tonn f’Birżebbuġa wrew l-għadab sħiħ tagħhom lejn is-sitwazzjoni li nħolqot mill-impjant tar-riċiklaġġ tal-fdaljiet tal-ħut u ddeċidew li joħorġu jipprotestaw.

✊ Għalhekk, nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru fl-10am, ir-residenti ta’ Birżebbuġa, bl-appoġġ tal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa u l-Moviment Graffitti, qed jistiednu lill-pubbliku jingħaqad magħhom fi protesta li ser issejjaħ għas-sospensjoni tal-operat ta’ dan l-impjant sakemm tissolva l-problema tal-intejjen insopportabbli li qed iħalli. Il-protesta ser tibda mill-pjazza tal-knisja ta’ Birżebbuġa, tgħaddi mill-promenade ta’ Wied il-Buni u tintemm quddiem il-klabb tal-boċċi.

🐟 Ir-residenti ta’ Birżebbuġa u l-madwar, flimkien mal-ħaddiema fiż-żona ta’ Ħal Far, ilhom ‘il fuq minn xahrejn – jiġifieri minn meta bdiet topera l-fabbrika tat-tonn – iġarrbu inkonvejent kbir ta’ rwejjaħ qawwija li qed jgħarrqu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalità.

🔴 Dan mhuwiex aċċettabbli. Il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti jiġu qabel il-qligħ tal-industrija tat-tonn. Huwa ċar li dan l-impjant ma jistax ikompli jopera filwaqt li jħalli raħal sħiħ u l-madwar tiegħu fgati f’intejjen tal-biża’.

Narawkom is-Sibt❗