Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Dokumentarju u Diskussjoni f’Jum il-Mara 2021

8 ta’ Marzu Jum il-Mara – Dokumentarju u diskussjoni online!

🟣 Il-Moviment Graffitti, Women’s Rights Foundation u Doctors for Choice, bis-sapport tal-organizzazzjonijiet imsemmijin hawn taħt, qegħdin jistednuk għal attività online, fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara. Din se tikkonsisti fil-preżentazzjoni tad-dokumentarju Burning Bikinis u diskussjoni warajh.

🟣 Jum il-Mara jfakkar il-ġlidiet kollha li nisa minn madwar id-dinja esperjenzaw matul perjodi differenti fl-istorja. In-nisa ġġieldu għall-ugwaljanza biex itejbu l-ħajja tagħhom u jiksbu l-libertà u r-rispett li jixirqilhom. Aħna qegħdin nisħqu għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji li jġibu bidla sistemika u fit-tul.

🟣 Għalkemm fl-aħħar seklu saru tibdiliet legali li ġabu bidla fil-ħajja soċjali u privata tan-nisa f’Malta, fadlilna triq twila biex inkunu meħlusin mill-imġiba patrijarkali. Ta’ kuljum, tfajliet u nisa għadhom jiġu ffastidjati. Lingwaġġ sessist u miżoġenu għadu jintuża liberament fil-ħajja ta’ kuljum f’forma ta’ ċajt kif ukoll fir-riklami, fil-midja u fuq in-netwerks soċjali.

🟣 Sfortunatament, Malta fl-aħħar snin, kienet xhieda ta’ ħafna każijiet ta’ vjolenza domestika u wkoll, numru kbir ta’ femiċidji (meta mara jew tfajla tinqatel minn raġel għax hi mara). L-aħħar każ kien propju is-sena l-oħra meta Chantelle Chetcuti, mara ta’ 34 sena nqatlet brutalment mill-eks sieħeb tagħha.

🟣 Qegħdin nistiednu lin-nisa kollha, u lil dawk kollha li jappoġġjaw il-ġlieda għall-ġustizzja soċjali, biex jiġu jingħaqdu magħna. Aħna lkoll differenti imma kollha qegħdin naffaċċjaw l-istess ġlidiet ikkawżati minn soċjetà sessista. Madanakollu, l-bidla hija possibbli jekk ningħaqdu lkoll flimkien.

😷 Din is-sena minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija ma stajniex norganizzaw marċ u lanqas id-dimostrazzjoni li kellna ppjanata.

📍 L-organizzazzjonijiet li qegħdin jappoġġjaw din l-attività:

aditus foundation
African Media Association Malta
Doctors for Choice
Integra Foundation
Isles of the Left
LGBT+ Gozo
Malta Humanist Association
Malta Women’s Lobby
Men against violence
MGRM
Moviment Graffitti
Women’s Rights Foundation
Żminijietna, Voice of the Left

——-

8th March Women’s Day – Documentary Screening and Discussion Online!

🟣 Moviment Graffitti, Women’s Rights Foundation and Doctors for Choice, with the support of the organizations below, are inviting you to join them online for a screening of a documentary, followed by a discussion on the occasion of Women’s Day.

🟣 Women’s Day represents all the fights, efforts, battles and claims that women from all around the world and in different periods throughout history, have carried out for equality; to improve their lives and to gain freedom and respect. We are demanding strategies to be implemented to sustain long term, systemic change.

🟣 In the past century, many changes have happened both legally and in the social and private lives of women in Malta. Yet, we still cannot consider our society to be free from patriarchal attitudes and behaviours. Girls and women are harassed on several occasions in their daily lives. Sexist and misogynist language and messages are widely used in the form of friendly ambiguous jokes, as well as in advertisements, in the media and on social networks.

🟣 Dramatically, Malta has witnessed several cases of domestic violence and a number of femicides (women killed by their partner, their ex-partner or a relative) in the past years, the last case, just last year, being that of 34-year old Chantelle Chetcuti, who was brutally murdered by her ex-partner.

🟣 We invite all women and all those who want to raise their voice against gender inequality and sexism to join us online on Monday 8th March. We are all different, yet everyone faces their own struggles caused by a sexist society, but we can join forces and change this reality.

📍 NGOs endorsing the demonstration:

aditus foundation
African Media Association Malta
Doctors for Choice
Integra Foundation
Isles of the Left
LGBT+ Gozo
Malta Humanist Association
Malta Women’s Lobby
Men against violence
MGRM
Moviment Graffitti
Women’s Rights Foundation
Żminijietna, Voice of the Left