Join us on Saturday 22nd January for a demonstration in front of the police HQ at 11 am.
By this demonstration, we will be expressing our anger at the insensitivity and the lack of knowledge shown by the Malta Police Force towards gender-based violence that at its extreme culminates in femicide. Our demands are:
More accountability by those in authority.
Concrete actions to address stereotypes, misogyny and patriarchy.
Addressing the problem of victim-blaming.
Taking rape as a crime more seriously.
Sex and relationship education guidelines to be updated in schools.
All those who support women’s rights and gender equality are welcome to join us
******
Ingħaqdu magħna s-Sibt 22 ta’ Jannar għal protesta quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-11 am.
F’din il-protesta ser inkunu qed nesprimu r-rabja tagħna għall-insensittività u n-nuqqas ta’ għarfien li wera reċentement il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta lejn il-vjolenza marbuta mal-ġeneru li fl-estrem tagħha twassal għall-femiċidju. It-talbiet tagħna huma:
Li l-awtoritajiet jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-qasam.
Li jittieħdu azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-isterjotipi, il-misoġinija u l-patrijarkat.
Li tiġi indirizzata l-problema tat-tqegħid tat-tort fuq il-vittma.
Li l-istupru bħala reat, jittieħed b’iktar serjetà.
Li jiġu aġġornati l-linji gwida għall-iskejjel fir-rigward tas-sess u r-relazzjonijiet.
Nistiednu lil kull min jappoġġja d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi biex tingħaqdu magħna għal din il-protesta