It’s been 30 years since Moviment Graffitti was founded by a group of students hungry for change, over the decades developing into the activist group we now know and love (or hate). We’re commemorating this milestone with an exhibition showcasing our work and history, through media and photographs from our archives, as well as mixed media works and performances from a number of artists supporting our cause, created in the spirit of leftist activism.
We are inviting you to ‘FEJN KONTU?!’ – a 2-week long exhibition focused on Moviment Graffitti’s 30 years of history. The exhibition will launch on the 7th November at Società Dante Alighieri, 134 Old Bakery Street, Valletta.
Featuring artworks and performances by:
Julia Alegre Mouslim, Sam Alekksandra, Artivist Dance Collective, Lana Berty Spiteri, Graffitti Crochet Club, Antonella Bugeja, Charlene Galea, Claria Cutajar, Massimo Denaro, PONKS x Alberto Favaro, Bianca Killinger, Jelka Kretzschmar, Nik Keter, Riyad Khouri, Duška Malešević, Elio Mazzara, Hakki Ulas Tomac, Amy Theuma, Francesca Zammit.
Exhibition Dates: 7th – 24th November 2024
Location: Società Dante Alighieri, 134 Old Bakery Street, Valletta
THURSDAY 7 NOVEMBER at 7pm: Join us for the opening event with speeches from the curatorial team and a special performance by the Kor ReSisters.
Throughout these two weeks, we’ll share more updates on events and performances, highlighting the creative voices and ongoing activism that have shaped Moviment Graffitti’s journey.
We look forward to seeing you there!
******
Għaddew 30 sena minn meta l-Moviment Graffitti ġie mwaqqaf minn grupp ta’ studenti għatxana għall-bidla. Matul is-snin, il-Moviment Graffitti żviluppa fil-grupp attivist li nafu llum u li tant inħobbu (jew nobogħdu). Se nkunu qegħdin infakkru t-30 sena mit-twaqqif tal-grupp permezz ta’ esebizzjoni dwar l-istorja u x-xogħol tagħna matul is-snin, billi nuru ritratti u media mill-arkivji tagħna, kif ukoll xogħlijiet u prestazzjonijiet minn numru ta’ artisti, li lkoll kemm huma ġew imnebbħa mill-ispirtu tal-attiviżmu xellugi.
Qegħdin nistednukom għal ‘FEJN KONTU?!’ – esebizzjoni ta’ ġimagħtejn dwar it-30 sena anniversarju tagħna. L-esebizzjoni tiftaħ fis-7 ta’ Novembru ġewwa s-Società Dante Alighieri, 134 Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.
Fost l-artisti li se jkunu qed jieħdu sehem bix-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom insibu lil:
Julia Alegre Mouslim, Sam Alekksandra, Artivist Dance Collective, Lana Berty Spiteri, Graffitti Crochet Club, Antonella Bugeja, Charlene Galea, Claria Cutajar, Massimo Denaro, PONKS x Alberto Favaro, Bianca Killinger, Jelka Kretzschmar, Nik Keter, Riyad Khouri, Duška Malešević, Elio Mazzara, Hakki Ulas Tomac, Amy Theuma, Francesca Zammit.
L-esebizzjoni se tkun miftuħa mis-7 sal-24 ta’ Novembru.
Se tkun qed tittella’ fis-Società Dante Alighieri, 134 Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.
IL-ĦAMIS 7 ta NOVEMBRU fis-7pm: Ingħaqdu magħna għall-ftuħ uffiċjali tal-esebizzjoni, li jinkludi diskorsi mit-tim kuratorjali u prestazzjoni qasira mill-Kor ReSisters.
Tul dawn il-ġimagħtejn, se nkunu qed naqsmu magħkom aktar aġġornamenti dwar l-avvenimenti u l-prestazzjonijiet, li se jkunu qed jixħtu dawl fuq l-ilħna kreattivi u l-attiviżmu kostanti li ffurmaw il-vjaġġ tal-Moviment Graffitti.
Ninsabu ħerqana biex narawkom hemm!