Bħala parti mill-avvenimenti li qegħdin norganizzaw għall-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara 2023, Il-Moviment Graffitti se juri l-film Suffragette nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu fis- 6.30 p.m. ġewwa 67, Strait Street, il-Belt Valletta.
Ambjentat fil-bidu tas-seklu 20 fl-Ingilterra, Suffragette, li ħareġ fl-2015 huwa film spirat minn ġrajjiet li seħħew fl-istorja. Grupp ta’ nisa, imħeġġin mill-attiviżmu ta’ Emmeline Pankhurst organizzaw ruħhom politikament biex jiġġieldu għall-ġustizzja soċjali, għall-ugwaljanza u speċjalment għad-dritt tal-vot. L-istorja tas-Suffragettes Ingliżi hija ġlieda kontra l-inġustizzja daqs kemm hija ġlieda kontra l-forzi tal-ġustizzja stess. In-nisa rreżistew daqs kemm il-ġlieda tagħhom sabet reżistenza mill-istrutturi patrijarkali ta’ dak iż-żmien.
Qabel il-film, l-akkademika, il-Professur Carmen Sammut se tagħmel preżentazzjoni qasira mil-lenti femminista dwar il-ġrajjiet storiċi u soċjali li wasslu biex in-nisa kisbu l-vot f’Malta fl-1947.
Id-dħul huwa b’xejn. Ejjew nixorbu tazza nbid flimkien u naraw dan il-ġawhra ta’ film li ma jistax ħlief jispirana.
******
As part of the run-up to International Women’s Day 2023, Moviment Graffitti will be screening the film Suffragette on Friday 3rd March at 6.30 p.m. at its premises at 67, Strait Street, Valletta.
Set in early 20th century England, Suffragette is a 2015 film inspired by true events where a group of women, instigated by the activism of Emmeline Pankhurst, organised themselves politically to fight for social justice, equality and especially the right to vote. The story of the British Suffragettes was a fight against injustice as much as it was against the forces of justice themselves. They resisted as much as their fight was resisted by the patriarchal structures of the time.
Before the film, Professor Carmen Sammut, academic, will give a brief historical and sociological background about women’s struggle for universal suffrage in Malta in 1947 from a feminist perspective.
Entrance is free of charge. Come and share a glass of wine with us and watch this amazing and inspiring film.