Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Press Conference – IMPROVE Work-Life Balance Law

Ingħaqdu magħna quddiem il-Parlament nhar it-Tnejn, 3 ta’ Ottubru fil-5.00 p.m. għal konferenza stampa fejn se nkunu qegħdin nitolbu li l-liġi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiġi mtejba.

Ktibna fit-tul dwar ir-raġunijiet għalfejn din il-liġi ma tkoprix biżżejjed il-ħtiġijiet tal-familji tagħna, inkluż ittra li bgħatna lill-MP Dr Andy Ellul (ara hawn: https://bit.ly/3BRlQxF). Fit-tweġiba tiegħu Dr Ellul ma qabel ma l-ebda punt li għamilna imma qal li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jibni fuq miżuri bħal dawn biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja. Li qegħdin nitolbu huwa li mill-kliem niġu għall-fatti mill-iktar fis possibbli. Il-familji tagħna ħaqqhom aħjar.

Din l-attività hija organizzata mill-Moviment Graffitti u għandha l-appoġġ tal-Malta Women’s Lobby, National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD), Maltese Daddy, aditus foundation, Women’s Rights Foundation u MGRM.

******

Join us outside Parliament at 5pm on Monday, 3rd October for a press conference where we will be demanding that the Work-Life Balance law be revisited with the aim of improving it.

We have written at length about why this law does not go far enough for our families, including a letter addressed to MP Dr Andy Ellul (see here: https://bit.ly/3BRlQxF). In his reply, Dr Ellul disagreed with all our points but said the Government intends to build on measures such as these to improve quality of life. We ask that he put words to action sooner rather than later. Our families deserve better.

This event is organised by Moviment Graffitti and endorsed by the Malta Women’s Lobby, the National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD), Maltese Daddy, aditus foundation, Women’s Rights Foundation and MGRM.