Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Mixja Kulturali – Il-Bajja Skalina Mingħajr il-Marina

LE għall-Yacht Marina f’Marsaskala!

🚶‍♀️🚶 Miż-Żonqor sal-Jerma, se nduru id-dawra kollha ta’ madwar il-Bajja ta’ Wied il-Għajn sabiex niskopru l-istorja, il-memorji u fatti interessanti marbuta ma’ dan il-post affaxxinanti li bħalissa jinsab mhedded mill-pjanijiet għal Yacht Marina.

📜 Waqt waqfiet qosra madwar din il-bajja fil-qalba tal-lokalità, il-Perit Ruben Abela, President tal-għaqda Wirt iż-Żejtun, ser ikun qiegħed jirrakkontalna ġrajjiet importanti, jurina siti storiċi u jgħaddilna informazzjoni ta’ valur soċjo-kulturali.

🌊 Matul il-mixja, ser ikollna l-opportunità napprezzaw dak kollu li ser jintilef kieku kellha titwettaq il-proposta ta’ Transport Malta li biha kull pulzier tal-bajja u tax-xatt jittieħdu minn puntuni u jottijiet tas-sinjuruni.

⌚ Niltaqgħu fl-10am, iż-Żonqor – ħdejn l-ex Pixxina Nazzjonali – biex minn hemm nibdew il-mixja tagħna lejn il-Jerma.

Narawkom❗