Moviment Graffitti logo

Latest News

Musumeci, l-AvuPerit Gaffa tal-Iżviluppaturi, Jgħaddi minn fuq ir-Residenti.

Ir-regoli l-ġodda mħabbra lbieraħ mill-Ministru Ian Borg huma frott ta’ konsultazzjoni qsajra ta’ ħamest ijiem, rekord nazzjonali ġdid, bl-għan li ma jiġix interrott għal żmien eċċessiv ix-xogħol ta’ skavar u demolizzjoni: inkella tirrabja l-lobby tal-iżviluppaturi. Il-konsultazzjoni injorat kwalsiasi tħassib dwar is-saħħa u l-benessri tar-residenti, iffukat biss fuq dak li jseħħ fis-sit tal-kostruzzjoni, u laqgħet id-disprezz tal-Kamra tal-Periti, il-Kummissjoni Ambjentali tal-Knisja, u NGOs oħrajn. Jekk wieħed jagħrbel l-istqarrijiet ta’ dawn l-entitajiet, jista’ jiġbor l-emendi l-ġodda f’żewġ kelmiet u partiċella: xogħol ta’ kafkaf.

L-awtur ta’ dan l-abbozz ta’ regolamenti ġodda huwa naturalment Robert Musumeci, in-numru 1 (għall-permessi fl-ODZ) u bniedem li mhux biss huwa avukat u perit f’daqqa iżda jiekol minn id il-gvern u l-iżviluppaturi f’daqqa. Meta affrontajnieh dwar din il-kwistjoni, l-Avuperit qalilna li anke hu, miskin, għandu d-dritt jaħdem.

M’aħniex niċħdulu dan id-dritt għax qas kelb ma trid tara bil-BMW bla petrol, iżda l-kunflitt ta’ interess ovvju u lampanti li għandu Musumeci bħala konsulent tal-gvern u perit b’rekord ta’ permessi f’ODZ jitla’ fil-wiċċ anke permezz ta’ din ir-“riforma.” U, riċentament, rajna għalxiex jista’ jwassal il-kunflitt ta’ interess.

Musumeci żamm lura milli jagħmel riforma olistika sempliċiment għax fil-mod kif jirraġuna hu u ħafna bħalu, l-iżviluppaturi u l-qligħ tagħhom importanti aktar minn kull ħaġa oħra: tant hu hekk, li hu stess jiekol minnu.

Musumeci żamm lura milli jagħmel riforma suret in-nies sempliċiment għax jaqa’ u jqum minn dak li ġara lir-residenti li tilfu djarhom.

Musumeci żamm lura milli jagħmel riforma serja, għax f’dan il-pajjiż, ir-residenti huma ċittadini tat-tieni grad, speċjalment imqabbla mal-iżviluppaturi, in-negozjanti, il-politiċi, u l-kapijiet tal-awtoritajiet lokali.

Sadanittant, għaddew disa’ ġimgħat minn meta ġġarfet l-ewwel blokka, u r-residenti għadhom ma rċevew ebda rimedju.

Se nibqgħu ninjoraw dak li ġara? Se nibqgħu ninjoraw liċ-ċittadin? X’inhuwa l-limitu tagħkom?

Latest from our blog

The 25th of November is the International Day for the Elimination of Violence Against Women. Once again, women from different...

Last Tuesday, Prime Minister Robert Abela was busy titillating developers with the prospect of changes to the Local Plans that...

Today, three Gozitan NGOs — Għawdix, Din l-Art Ħelwa – Għawdex, and Wirt Għawdex — together with Moviment Graffitti stormed Fort Chambray...